Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

​“Uliedi komplew jikbru u ismi tħammeġ għalxejn” – Julian Assange

Stefan  Pullicino  -  19/05/17 05:22 PM

Il-fundatur tal-Wikileaks Julian Assange qal li mhux se jaħfer jew jinsa l-attentati li saru biex jiġi arrestat fuq akkużi ta’ stupru, wara li l-Iżvezja waqqgħet l-akkużi fil-konfront tiegħu.

F’messaġġ qawwi fuq Twitter, Assange qal li nżamm arrestat għal seba’ snin mingħajr akkuża, waqt li “uliedu komplew jikbru u ismu mħammeġ għalxejn”. Dawn wassluh biex ifittex ażil fl-Ambaxxata ta’ Londra fl-Ekwador.

Ftit qabel l-Iżvezja qalet li se twaqqa’ l-akkuża dwar stupru, u l-Ekwador appellat lir-Renju Unit ikun jista’ jitlaq mill-pajjiż b’mod sigur.

Assange, li għandu 45 sena, kien għażel li jibqa’ fl-ambaxxata wara li kien qed jibża’ li l-estradizzjoni tiegħu lejn l-Iżvezja kienet se twassal għall-estradizzjoni fl-Istati Uniti. Hemmhekk qed jiġi mfittex wara li ħareġ mijiet ta’ eluf ta’ dokumenti militari sigrieti u diplomatiċi.