Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Il-Gvern għandu jgħinna mhux ifixkilna” - OASI   |   "Se nirriżenja biex nibgħat messaġġ" - Simon Busuttil   |   Student Malti janalizza implants b'inqas riskji għas-saħħa   |  L-Italja twissi li tagħlaq il-portijiet għal bastimenti bl-immigranti

‘Passi dixxiplinarji’ kontra Brian Tonna u Karl Cini

Charmaine  Attard   -  19/05/17 09:46 PM

Il-President tal-Istitut Malti tal-Accountants (MIA) Franco Azzopardi kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-Istitut beda passi dixxiplinarji kontra membri tiegħu, li skont The Malta Independent huma d-Direttur Maniġerjali ta’ Nexia BT Brian Tonna u s-sieħeb tiegħu fin-negozju Karl Cini.

Azzopardi qal ma’ The Malta Independent li jista’ jwassal biex tiġi rtirata s-sħubija tagħhom fl-Istitut, kif ukoll li kiteb lill-Bord tal-Accountancy.

Il-President tal-MIA Franco Azzopardi qal lil The Malta Independent li ħa din il-pożizzjoni, wara li l-bank Ġermaniż Commerzbank qal li ma jaċċettax dokumenti mingħand accountants Maltin.

Saħaq li l-istitut ġie kkritikat bil-qawwa għax ma ħax azzjoni kontra Tonna u Cini dwar l-irwoli tagħhom fl-iskandlu tal-Panama Papers.

Filwaqt li qal li l-Istitut m’għandux linjigwida dwar meta l-membri tiegħu jkollhom klijenti esposti politikament, Franco Azzopardi stqarr li hemm livell għoli ta’ skrutinju u due diligence, tant li jekk accountant iħoss li d-dħul ikun suspettuż, għandu l-obbligu legali li jirrapporta lill-FIAU, l-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus.

Brian Tonna u Karl Cini minn Nexia BT fetħu kumpaniji fil-Panama permezz ta’ kuntatti li għandhom f’Mossack Fonseca, għall-persuni esposti politikament, fost l-oħrajn għaċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u tal-Ministru Konrad Mizzi. Il-kumpanija l-oħra, Egrant, hija allegatament ta’ mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat. Kemm-il Prim Ministru kif ukoll martu qed jiċħdu dawn l-allegazzjonijiet.