Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Aleppo konsagrata lill-Madonna ta’ Fatima

.     -  19/05/17 05:00 PM

Il-belt ta’ Aleppo, mifluġa minn gwerra ċivili qalilha rat raġġ ta’ tama meta nhar il-Ħadd li għadda kienet konsagrata lill-Madonna ta’ Fatima fl-istess jum li l-Papa Franġisku ikkanonizza lil tnejn mit-tliet itfal li kienu protagonist ta’ din il-ġrajja.

Il-quddiesa tal-Konsagrazzjoni saret fil-Katidral ta’ San Franġisk t’Assisi u kienet preseduta mill-Pastor Fr Ibrahim Alsabagh u miegħu kkonċelebraw l-isqfijiet u s-saċerdoti ta’ din il-belt.

Għal din l-okkażżjoni intbagħtet statwa tal-Madonna ta’ Fatima mis-santwarju dedikata lilha fil-Portugall, liema statwa wara ‘l quddiesa ittieħdet proċessjonalment fit-toroq madwar is-santawarju li f’dawn l-aħħar snin kienu l-mira ta’ diversi attakki.

Il-Kattidral kien imballat bin-nies li ħafna minnhom bkew bil-ferħ għax għal ħafna snin qatt ma saret purċissjoni.  Il-Konsagrazzjoni tal-belt kien parti minn program ta’ ċelebrazzjonijiet organizzati mill-Kattidral ta’ San Franġisk fl-okkażżjoni tal-100 anniversarju mid-dehriet ta’ Fatima.

L-insara miġbura għal din il-funzjoni rringrazzjaw l’Alla għall-ġurnata li kienu qed jesperjenzaw u kkonsagraw lill-Kristjani ta Aleppo lill-Madonna, Sultana tal-Paċi, li tat lid-dinja lil binha, il-Prinċep tal-Paċi.  Huma talbu għall-paċi f’pajjiżjom u fil-Lvant Nofsani u d-dinja kollha kemm hi.

Matul dawn iċ-ċelebrazzjonijiet sar talb għall-paċi fis-Sirja. Bħalissa l-kundizzjonijiet f’Aleppo huma diffiċli ħafna għax hemm nuqqas ta’ ikel, mediċinali u prodotti oħra ta’ neċessita u l-pajjiż jinsab ukoll bla provvista ta’ ilma u elettriku.