Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

Arrestat fl-ajruport bi 3kg droga

Charmaine  Attard   -  19/05/17 03:37 PM

Raġel ta’ 45 sena ġie arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ kontra d-Droga.

Huwa nqabad bi tliet kilogrammi ta’ droga maħsuba li hi kokaina.

Ir-raġel, li huwa Grieg, kien arrestat ilbieraħ waranofsinhar mal-wasla tiegħu fl-ajruport u wara li saret tfittxija fil-bagalja tiegħu.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti, taħt arrest, mixli bl-importazzjoni u pusses aggravat tad-droga kokaina, kif ukoll talli assoċja ruħu ma’ terzi persuni sabiex l-istess droga tiġi importata u traffikata.