Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

Awdjo: Marlene dwar iż-żiemel ta' fuq il-basket

Charmaine  Attard   -  19/05/17 10:11 AM

Il-basket ta’ lewn blu, li mehmuża miegħu kellu karta b’żiemel imħażżeż fuqha, mhu ta’ ħadd ħlief tal-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia.

Ir-ritratt ittieħed mill-fotografu ta’ Newsbook.com.mt l-Erbgħa waranofsinhar, qabel ma beda d-dibattitu tant mistenni bejn il-mexxejja politiċi, fl-Università ta’ Malta.

Fuq iż-żiemel, li liebes toga u berettin, u bil-lawrja f’idu, hemm il-frażi Let’s take off our blinkers – Inneħħu l-għamad minn quddiem għajnejna.

Dwar is-sinifikat ta’ dan, Newsbook.com.mt kellem lil Dr Marlene Farrugia, li spjegat li din l-immaġni fiha l-essenza tal-isfida li għandu quddiemu l-poplu Malti.

Spjegat kif il-pajjiż jinsab f’mument fl-istorja, fejn fi kliemha, l-iktar ħaġa importanti hi li kulħadd ineħħi r-rabtiet mal-partiti rispettivi u minflok l-attenzjoni tingħata l-ewwel lill-Maltin u l-Għawdxin.

Marlene Farrugia, li l-partit tagħha flimkien mal-Partit Nazzjonalista, issa huwa parti mill-Forza Nazzjonali, saħqet li l-għażla tat-3 ta’ Ġunju mhix bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, u lanqas bejn ideal jew ieħor.

Sostniet li l-għażla hija bejn li jiġi approvat it-timbru ta’ korruzzjoni li għandha Malta, jew li bil-vot jitnaddaf isem Malta biex issir pajjiż kredibbli, onest, bilgħaqal u responsabbli.

Fuq il-mezzi soċjali kienu bosta l-verżjonijiet li ngħataw dwar ta’ min hu l-basket. Kien hemm min verament qata’ li hu ta’ Marlene Farrugia. Oħrajn kienu aktar kreattivi: “Ta’ Michelle, bil-flus li ġabet mill-Panama”; “Ta’ Simon bil-provi dwar Egrant”; “Fih hemm il-karti li se jkollu jiffirma Busuttil fir-riżenja”; u “Mhux kollox ta’ Joseph u ta’ Keith illum il-ġurnata”.