Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Proposti mill-Parlament Ewropew biex jinħela inqas ikel

Charlene Valentina  Giordimaina  -  19/05/17 08:42 AM

Il-Parlament Ewropew approva żewġ proposti mressqa mis-Soċjalisti u Demokratiċi (l-S&D), bil-għan li jitnaqqas bin-nofs il-ħela tal-ikel sal-2030.

Il-proposti, li ġew approvati b’iktar minn 600 vot favur, 20 kontra u 33 astensjoni, tressqu fid-dawl li hu stmat li madwar terz tal-ikel tad-dinja qed jintilef fil-proċess tal-produzzjoni tal-ikel.

Il-proposti jinkludu t-tneħħija ta’ restrizzjoni eżistenti fuq donazzjonijiet tal-ikel, tifsira iktar ċara dwar il-marki ‘best before’ u ‘use by’, u suq għal frott u ħxejjex li jintremew minħabba raġunijiet estretiċi.