Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Id-dar ta' Frenċ tal-Għarb terġa' tieħu l-ħajja

Leon  Xuereb  -  19/05/17 12:36 AM

Il-Kunsill Lokali tal-Għarb ħabbar li għada se jiġi mfakkar l-50 anniversarju mill-mewt ta’ Frangisk Mercieca jew kif inhu aktar magħruf Frenċ tal-Għarb.

Fi stqarrija l-Kunsill qal li għal din l-okkażżjoni d-dar tiegħu fi Triq Frenċ tal-Għarb se tinfetaħ għall-pubbliku mid-9am sad-9pm mingħajr ħlas. 

Il-Kunsill qal li din id-dar hi mimlija b’diversi oġġetti u memorji ta’ Frenċ u tkun opportunità unika li wieħed iżurha.

Se jiġi reċitat wkoll ir-rużarju fid-dar tiegħu fl-10.45am u wara nofsinnhar se jixxandar fuq Radju Marija.

Dan il-mument ta’ talb se jkun miftuħ ghal kulħadd.

Il-Kunsill javża li fis-7pm se ssir quddiesa għal ruħ Frenċ fil-Knisja Parrokkjali u Bażilika tal-Gharb segwita b’serata kommemorattiva fi Pjazzetta Nikol G. Cauchi quddiem il-monument ta’ Frenċ.

Waqt din is-serata se jinqraw diversi poeżiji miktuba għall-okkażżjoni, stqarrijiet ta’ fejqan, interventi mużikali kif ukoll diskors dwar il-ħajja spiritwali tiegħu.