Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Joseph Muscat jispjega l-proposti tal-PL għall-biedja u s-sajd   |  "Il-Forza Nazzjonali ikbar mill-kampanja elettorali" - Simon Busuttil

Il-PN iniedi l-proposti għas-settur agrikolu

Alvin  Vassallo  -  19/05/17 11:46 PM

Il-Partit Nazzjonalista ppreżenta l-proposti tiegħu għas-settur agrikolu.

F’attività politika fl-Imġarr, il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil spjega li fost il-prijoritajiet f’dan il-qasam hemm li jaħtar Ministru għall-biedja u s-sajd, lilema oqsma bħalissa qegħdin taħt il-portafoll tal-Ministru għall-Ambjent/

Il-proposti huma:

  • Helpline għall-bdiewa u r-raħħala biex jagħmlu kuntatt ma’ esperti
  • Trasparenza sħiħa fil-prodott agrikolu
  • Kampanja nazzjonali biex jinqatgħu l-abbużi u biex aktar bdiewa jkunu nkoraġġuti biex jiddiversifikaw il-prodotti tagħhom.
  • Konsulenza għall-bdiewa biex japplikaw għall-fondi Ewropej
  • Sussidju għaċ-ċens u l-qbiela għal art li hi proprjetà tal-Gvern
  • Titneħħa s-suċċessjoni fuq irziezet u strutturi agrikoli meta jintirtu fl-istess familja
  • Sidien ta’ rziezet u strutturi agrikoli eżentati mill-ħlas tal-applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar
  • Strateġija nazzjonali biex l-iskart agrikolu jiġi trasformat f’enerġija alternattiva

 

Dr Busuttil tenna l-impenn tal-PN bħala d-dar għall-bdiewa.