Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Is-sewwieq li saq fuq in-nies fi New York “sema’ l-ilħna”

Charlene Valentina  Giordimaina  -  19/05/17 06:37 AM

Ir-raġel li lbieraħ saq għal fuq in-nies f’Times Square fi New York, qal li “sema l-ilħna”.

Richard Rojas, ta’ 26 sena, u veteran tal-forzi Navali tal-Istati Uniti, ilbieraħ qatel tfajla u weġġa’ 22 persuna meta tela' għal fuq il-bankina u saq għal tliet blokok qabel ma ħabat u waqaf.

Rojas, li qed jinżamm arrestat, kien diġà arrestat darbtejn talli kien qed isuq taħt l-effett tal-alkoħol.

Midja internazzjonali qalet li hu stenna wkoll li jmut. Skont Reuters, wara li kien arrestat, hu qal “Suppost kellkom tisparawli! Jien ridt noqtolhom!”

It-tfajla li mietet kellha biss 18-il sena. Isimha kien Alyssa Elsman u kienet qed iżżur Michigan mal-familja tagħha.

Oħta ta’ 13-il sena wkoll intlaqtet mill-karozza u sfat imweġġa’.