Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Il-Gvern għandu jgħinna mhux ifixkilna” - OASI   |   "Se nirriżenja biex nibgħat messaġġ" - Simon Busuttil   |   Student Malti janalizza implants b'inqas riskji għas-saħħa   |  L-Italja twissi li tagħlaq il-portijiet għal bastimenti bl-immigranti

It-tim Malti tar-Rugby jmur ir-Repubblika Ċeka grazzi għal SportMalta

Kris  Gilson  -  19/05/17 09:57 PM

It-tim nazzjonali Malti tar-Rugby se jkun jista' jmur jilgħab il-play-off tar-Rugby Europe Trophy fir-Repubblika Ċeka fi tmiem din il-ġimgħa wara li rċieva donazzjoni mingħand SportMalta.

Fi stqarrija, l-Malta Rugby Football Union irringrazzjat lil SportMalta b'mod partikolari liċ-Chairman Luciano Busuttil, lill-Kap Eżekuttiv Mark Cutajar u lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius għall-għajnuna finanzjarja.

L-MRFU qalet li mingħajr is-sostenn finanzjarju, il-vjaġġ għar-Repubblika Ċeka u l-parteċipazzjoni tat-tim Malti ma kinux isiru possibbli.

Intant, Malta se tkun qed tilgħab kontra r-Repubblika Ċeka fi Praga, is-Sibt fis-2pm u f'każ ta' rebħa, it-tim Malti jiġi promoss għar-Rugby Europe Trophy Competition u b'possibiltà li jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby fl-2019.