Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Il-Gvern għandu jgħinna mhux ifixkilna” - OASI   |   "Se nirriżenja biex nibgħat messaġġ" - Simon Busuttil   |   Student Malti janalizza implants b'inqas riskji għas-saħħa   |  L-Italja twissi li tagħlaq il-portijiet għal bastimenti bl-immigranti

Joseph Muscat jgħid li jmur quddiem il-PE bl-inkjesta f'idu; Simon Busuttil jgħid li se jmur hu

Charmaine  Attard   -  19/05/17 11:39 PM

Minkejja li fl-14 ta’ Ġunju l-Parlament Ewropew fi Strasburgu għandu fuq l-aġenda l-iskandlu tal-Panama Papers u l-involviment ta’ Malta, għadu mhux magħruf jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat hux se jattendi.

Sorsi infurmati qalu ma’ Newsbook.com.mt, li l-Parlament Ewropew għamel talba mill-ġdid hekk kif ma jqisux li hu aċċettabbli, li l-Prim Ministru u ­ċ-Chief of Staff tiegħu ma jidhrux quddiem il-Parlament, iktar u iktar meta Malta għandha l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew.

“...dment li jkun ħareġ ir-rapport tal-Maġistrat” – Joseph Muscat

Mistoqsi llum mill-ġurnalisti dwar din it-talba, il-Prim Ministru tenna li hu se jmur jixhed quddiem il-Parlament Ewropew meta jkollu f’idu r-rapport tal-Maġistrat. Saħaq li hu se jitla’ quddiem il-Parlament Ewropew kif skedat f’Ġunju dment li jkun ħareġ ir-rapport tal-Maġistrat, biex ikun jista’ juri l-innoċenza tiegħu.

“Dr Muscat waqqa’ isem Malta għaċ-ċajt” – Simon Busuttil

Dr Busuttil qal li minkejja li Dr Muscat waqqa’ isem Malta għaċ-ċajt, il-Parlament Ewropew ma qatax qalbu u se jerġa’ jistiednu biex jidher f’Ġunju.

Tenna li f’Ġunju se jkun hu li jmur Brussell biex inaddaf isem Malta għax il-poplu se jagħmel dak li m’għamilx Joseph Muscat u jieħu d-deċiżjoni li jqaċċat lil Dr Muscat, lil Schembri u lill-Ministru Konrad Mizzi.