Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Joseph Muscat jispjega l-proposti tal-PL għall-biedja u s-sajd   |  "Il-Forza Nazzjonali ikbar mill-kampanja elettorali" - Simon Busuttil

L-Isqfijiet Ewropej dwar l-istatus legali tar-robots

.     -  19/05/17 08:00 AM

Il-Konferenza tal-Isqfijiet Ewropej laqgħet id-dibattitu li qed isir fuq livell tal-Unjoni Ewropea dwar ir-robots u l-intelliġenza artifiċjali li jippreżentaw sfidi legali u etiċi ġodda u wissiet dwar ir-riskji potenzjali jekk ir-robots jingħataw personalita’ ġuridika.

Il-Kummissjoni Ewropea nidiet konsultazzjoni fuq Direttiva fuq ir-Responsabbilta’ għal Prodotti Difettużi li qed tpoġġi r-responsabbilta’ fuq il-produttur f’każ ta’ ħsara kaġunata meta l-prodott ma jaħdimx kif suppost.

L-Isqfijiet Ewropej urew it-tħassib tagħhom dwar artiklu f’Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regoli tal-Liġi Ċivili fuq ir-Robotika li jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra l-possibilita’ li tagħti status legali lir-robots.  Dan bl-iskop li l-aktar robots awtonomi u sofistikati jitqiesu bħala persuni elettroniċi responsabbli li jagħmlu tajjeb għal kull ħsara li jistgħu jikkawżaw u li tidħol il-personalita elettronika f’każi fejn ir-robots jagħmlu deċiżjonijiet awtonomi.

Il-proposta tal-Parlament tikkontradixxi l-kunċett ta’ responsabbilta’ bażat fuq id-drittijiet umani.  Jekk ir-robots jingħataw personalita’ legali jiftaħ il-bieb għall-possibilta’ li jingħataw drittijiet u doveri f’oqsma legali oħra.

Jekk wieħed japplika għar-robots, regoli li hum applikabbli għall-annimali ukoll ikun hemm problem għax dan ifisser li r-robots ikun kunsidrati bħala xi ħaġa ħajja, qalu l-Isqfijiet Ewrpej fil-kummenti tagħhom.