Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Filmat: “Il-forzi dixxiplinati jibdew jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa” - PN

Charmaine  Attard   -  19/05/17 03:46 PM


Il-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li qed iwiegħed li l-forzi dixxiplinati fil-pajjiż se jibdew jaħdmu fuq bażi ta’ 40 siegħa fi-ġimgħa u se jitħallsu bir-rata ta’ overtime għal ħinijiet żejda li jaħdmu.

Waqt li kien qed jitkellem fuq programm televiżiv lbieraħ waranofsinhar, Fenech Adami ta dettalji dwar kif jekk ikun fil-Gvern, il-Partit Nazzjonalista se jagħti iktar ħin ta’ kwalità mal-familji, lill-membri kollha tal-forzi dixxiplinati.

Iddeskriva din bħala “bidla radikali” u spjega li Gvern Nazzjonalista jrid iserraħ moħħ kulħadd, li dak li twiegħed mill-gvern preżenti dwar ħlasijiet arretrati, se jingħataw bis-sħiħ u kif imwiegħed.

Minbarra hekk, qal li l-ewwel €10,000 li jaqilgħu minn xogħlijiet żejda li jaħdmu, se titnaqqsilhom ir-rata ta’ taxxa minn 15% għal 10%.

Tkellem ukoll dwar il-ħatra ta’ kummissarju tal-Pulizija li jrid ikollha maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-Parlament, kif ukoll dwar proposti oħra biex iżżid ir-rata ta’ uffiċjali nisa fil-forzi dixxiplinati kollha.