Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

“Nippreferu li nżommu l-maġġoranza tal-ishma fl-Air Malta” - Joseph Muscat

Charlene Valentina  Giordimaina  -  19/05/17 10:11 AM

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li “l-għażla ppreferuta” tal-Gvern Laburista hi li jżomm il-maġġoranza tal-ishma tal-linja tal-ajru Air Malta, iżda mhu qed jeskludi l-ebda struttura.

Meta mistoqsi mill-ġurnalisti dwar hemmx ċans li l-Gvern ma jżommx il-maġġoranza tal-ishma, Joseph Muscat ma ċaħadx li tista’ sseħħ, filwaqt li qal li dik hija proposta tal-Oppożizzjoni.

Il-Prim Ministru kien qed jitkellem flimkien mal-Ministri Edward Zammit Lewis u Owen Bonnici, waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar dak li nkiseb u dwar il-miri li għandha Malta fit-turiżmu u l-kultura.

Qal ukoll li l-Gvern jixtieq li l-konsorzju li jintagħżel ikun mhux biss investiment ta’ fondi, iżda anke msieħba strateġiċi.

Dwar it-talba tal-Kumitat PANA tal-Parlament Ewropew, li qed jinvestiga l-involviment ta’ Joseph Muscat u ċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri fl-iskandlu tal-Panama Papers, il-Prim Ministru tenna li hu se jmur jixhed quddiem il-Parlament Ewropew meta jkollu f’idu r-rapport tal-Maġistrat.

Saħaq li hu se jitla’ quddiem il-Parlament Ewropew kif skedat f’Ġunju dment li jkun ħareġ ir-rapport tal-Maġistrat, biex ikun jista’ juri l-innoċenza tiegħu.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li ftit tal-jiem ilu ġew iffirmati żewġ Memorandum of Understanding ma’ operatur tat-tours u bank Ċiniż biex jiġu 10,000 turist Ċiniż f’Malta. Il-Prim Ministru elenka diversi sfidi li Malta trid issolvi f’dan l-aspett.