Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Qorti: 4 kandidati tal-Alleanza Bidla jikkontestaw fuq 2 distretti

Stefan  Pullicino  -  19/05/17 06:51 PM

Il-Qorti tal-Appell qalet li erba’ kandidati tal-Alleanza Bidla se jkunu jistgħu jikkontestaw fuq żewġ distretti kull wieħed.

Dan wara li fl-ewwel sentenza mill-Qorti, kien ġie rifjutat appell li tressaq mill-President tal-Alleanza Bidla Ivan Grech Mintoff li kkonferma deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali li ma tħallix kandidati jikkontestaw iktar minn żewġ distretti.

Għall-ewwel, il-Kummissjoni Elettorali kienet aċċettat in-nominazzjonijiet minn tliet kandidati li joħroġu fuq tliet distretti, iżda l-partit tal-Għaqda Patrijotti Maltin kien oġġezzjona għal dan.

Il-Qorti qalet li l-Kummissjoni Elettorali naqset milli tagħmel id-dover tagħha.