Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

Filmat: Simon Busuttil jippreżenta 8 box files ta' 'evidenza' lill-Maġistrat

Charmaine  Attard   -  19/05/17 10:35 AM

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ippreżenta “tmien fajls ta’ evidenza” lill-Maġistrat Aaron Bugeja.

Dan wara li lbieraħ il-Maġistrat aċċetta t-talba tiegħu biex jixhed dwar l-allegazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ €650,000, minn Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru għal Adrian Hillman, l-Eks Direttur Maniġerjali tat-Times. Kemm Schembri kif ukoll Hillman, qed jiċħdu l-allegazzjonijiet.

Wara sagħtejn ta’ xhieda, Simon Busuttil indirizza lill-ġurnalisti u saħaq li għandu fiduċja fil-Maġistrat Bugeja, li se jeżamina l-evidenza bir-reqqa, u li jasal għall-konklużjoni tiegħu. Żied jgħid li huwa se jbaxxi rasu għar-riżultat tal-inkjesta.

Għal darb’oħra Dr Busuttil irrimarka li mhix prassi normali li Kap tal-Oppożizzjoni jkollu jmur hu bl-evidenza u mhux il-Kummissarju tal-Pulizija. F’dan l-isfond reġa’ tenna l-appell tiegħu għall-poplu biex joħroġ jivvota kontra l-korruzzjoni.

Il-Maġistrat Aaron Bugeja bħalissa qed imexxi l-inkjeta dwar l-allegazzjoni li l-kumpanija Egrant fil-Panama, hija ta’ mart il-Prim Ministru Michelle Muscat, liema allegazzjoni ġiet miċħuda kemm mill-Prim Ministru kif ukoll minn martu.

"Jekk jisfidani nippubblika l-evidenza” – Simon Busuttil

Simon Busuttil spjega għaliex talab li jidher quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja.  Qal li l-Maġistrat Bugeja m’għandux biss l-inkarigu li jinvestiga l-każ Egrant, imma għandu żewġ inkarigi oħra.  Stqarr li dawn huma l-kwistjoni ta’ min għandu kont fil-Bank Pilatus u jekk it-tranżazzjonijiet li saru humiex relatati ma’ ħasil ta’ flus.

Dr Busuttil saħaq li jekk il-Prim Ministru se jibqa’ jisfidah jekk l-evidenza li għandu hix korretta jew le, mhux se jaħsibha darbtejn u jippubblikahom.

Ritratt: Ian Noel Pace