Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Tixtieq ittella' produzzjoni fi Pjazza Teatru Rjal?

Leon  Xuereb  -  19/05/17 12:20 AM

Pjazza Teatru Rjal ħabbar li  fetaħ is-sejħa għal proposti għall-kalendarju artistiku għas-sena 2018.

Din is-sejħa qed issir bl-għan li tissaħħaħ il-viżjoni strateġika tat-teatru għall-2018 biex tikkumplimenta l-kwalitajiet uniċi ta’ dan is-sit.

It-teatru ħabbar li qed jilqa’ applikazzjonijiet mingħand individwi, kumpaniji tat-teatru jew żfin, entitajiet mużikali, organizazzjonijiet kulturali, kumpaniji privati jew oħrajn li jixtiequ jtellgħu produzzjonijiet fi Pjazza Teatru Rjal.

L-applikazzjonijiet se jintlaqgħu sat-Tnejn 31 ta’ Lulju 2017.

Il-formola tal-applikazzjoni flimkien ma’ dokument informattiv jistgħu jitniżżlu mis-sit tat-teatru.