Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

UEFA Champions League: Real Madrid b'sieq fil-Finali

Kris  Gilson  -  02/05/17 10:53 PM

Semi-Finali UEFA Champions League

Real Madrid 3

Atlético Madrid 0

Il-holders attwali tal-UEFA Champions League, Real Madrid tefgħu sieq waħda fil-Finali ta' Cardiff meta fl-ewwel leg tal-ewwel Semi-Finali, għelbu lir-rivali Atlético bl-iskor ta' 3-0.

Kien is-solitu Cristiano Ronaldo l-protagonista assolut, li għaqqad hat-trick u kważi qata' t-tamiet kollha tal-avversarji.

Real fetħu l-iskor wara biss 10 minuti meta Casemiro tefa cross-shot fil-kaxxa u Ronaldo bir-ras għeleb lil Jan Oblack.

Fit-tieni taqsima, wara li għal ħin twil Atlético pruvaw jidħlu fil-logħba, reġa' kien Cristiano Ronaldo li l-ewwel għamilhom tnejn b'xutt b'saħħtu minn tarf il-kaxxa l-kbira fit-73 minuta u mbagħad għaqqad it-tripletta personali eba' minuti mit-tmiem.

Il-UEFA Champions League tisskota għada bit-tieni Semi-Finali, l-ewwel leg f'Montecarlo bejn Monaco u Juventus.


Ritratt: UEFA.com