Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Appell biex jitwaqqfu koperattivi tal-housing

Matthew Borg  -  23/05/17 03:46 PM

Il-Federazzjoni Maltija tal-Koperattivi talbet lill-partiti ewlenin biex jikkunsidraw iwaqqfu koperattivi tal-housing bi skemi apposta biex jissaħħaħ l-aċċess lil kulħadd għal dar diċenti.

Din hija waħda mill-proposti tal-federazzjoni, hekk kif ippubblikat il-manifest tagħha bl-isem ta’ In-Nies Protagonisti fil-Ħolqien tal-Ġid; Nisfruttaw il-Potenzjal Koperattiv b’10 proposti li tistenna li min ikun fil-Gvern iħaddanhom u jimplimentahom.

Dawn huma l-proposti tal-Federazzjoni Maltija tal-Koperattivi:

  • Miżuri ġodda biex ħaddiema tal-gvern ikunu jistgħu jwaqqfu koperattiva għal rashom, u b’hekk titnaqqas il-privatizzazzjoni tas-setturi tal-Gvern
  • Marbuta ma’ ta’ qabilha iżda għall-privat, jiddaħħlu miżuri sabiex meta sidien jitilqu n-negozju tagħhom, il-ħaddiema jkunu jistgħu jibqħu impjegati billi jiffurmaw koperattiva bejniethom f’dak li hu magħruf bħala employee buy-out
  • Jiġi assigurat li l-Fond Ċentrali tal-Koperattivi jgħin fil-finanzjament tal-Federazzjonijiet Koperattivi b’mod proporzjonali u ekwu, billi jitqassmu l-fondi lill-Federazzjonijiet skont il-kontribuzzjonijiet li l-koperattivi membri jagħmlu lill-istess fond
  • Jittieħdu l-miżuri legiżlattivi biex f’Malta jkun possibbli t-twaqqif ta’ banek koperattivi
  • In-numru ta’ membri li jistgħu jiffurmaw koperattiva jinżel minn 5 għal 3
  • Tiġi introdotta liġi tal-Intrapriżi Soċjali fejn soċjetajiet koperattivi jingħataw status ugwali bħal kull entità oħra f’għajnejn ir-Regolatur
  • Il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar tibdil fil-liġi tal-Koperattivi li tnieda snin ilu, jiġi konkluż fi żmien sena u l-Abbozz ta’ Liġi ġdid jitressaq għad-diskussjoni fil-Parlament immedjatament wara
  • Jiġu inkoraġġiti t-twaqqif ta’ koperattivi tal-housing bi skemi apposta sabiex jittaffa l-piż tal-għoli tal-prezzijiet tal-kiri u l-bini
  • Tax credits għan-negozji li għalihom il-koperattivi huma esklużi, għandhom jiġu konvertiti f’cash grants
  • Jiġi konkluż eżerċizzju li fih jiġu identifikati u jiġu emendati partijiet milliġijiet li jiddiskriminaw mal-mudell koperattiv ta’ negozju
  • Rappreżentanti tal- Federazzjonijiet tal-Koperattivi għandu jkollhom post fl-MCESD

Il-Federazzjoni temmet tgħid li kemm ilha mwaqqfa mill-2012, għadha tiġi ddiskriminata, minkejja bosta wegħdiet mill-Gvern.

Tista' taċċessa l-manifest minn hawn taħt.