Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Joseph Muscat jispjega l-proposti tal-PL għall-biedja u s-sajd   |  "Il-Forza Nazzjonali ikbar mill-kampanja elettorali" - Simon Busuttil

UEFA Champions League: Juventus l-ewwel tim fil-Finali ta' Cardiff

Kris  Gilson  -  09/05/17 11:14 PM

UEFA Champions League

Semi-Finali it-tieni leg

Juventus 2

AS Monaco 1

Juventus huwa l-ewwel tim li jagħmilha għall-Finalissima tal-UEFA Champions League meta fit-tieni leg tas-Semi Finali kontra AS Monaco, kisbu rebħa f’darhom bl-skor ta’ 2-1.

Biex b’aggregate ta’ 4-1, Juventus se jkunu qed jilagħbu d-disa’ finali tal-UEFA Champions League fl-istorja tal-klabb u qegħdin ifittxu t-tielet suċċess f’din il-kompetizzjoni Ewropea.

Kien Mario Mandzukic li fetaħ l-iskor wara 33 minuta logħob, meta Dani Alves tefa’ kross fil-kaxxa li minnu l-Kroat bir-ras ra l-ewwel tentattiv jiġi salvat parzjalment mill-gowler avversarju, imbagħad b’xutt mill-qrib mir-rebound tefa’ fix-xibka.

Minuta mill-mistrieħ, reġa’ kien Dani Alves li kellu partita oħra mill-aqwa li rdoppja għal Juventus b’xutt minn tarf il-kaxxa l-kbira wara li d-difiża ta’ Monaco kklerjat parzjalment minn azzjoni ta’ korner għal Juventus.

Fit-tieni taqsima, is-solitu Kylian Mbappe naqqas id-distakk għal Monaco, iżda ma kienx biżżejjed biex jerġa jiftaħ il-logħba, hekk kif il-Franċiżi kien jonqoshom jiskurjaw tlieta oħra fl-aħħar 20 minuta.

B’dan ir-riżultat, Juventus issa jistennew ir-riżultat tas-Semi Finali l-oħra bejn Atlético u Real Madrid biex ikunu jafu l-avversarji tagħhom fil-Finali ta’ Cardiff nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju.


Ritratt: UEFA.com