Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Alfred Sant jitlob għal diskussjonijiet aktar prominenti dwar x'qed jiġri mill-flus tal-MEPs

Matthew Borg  -  19/06/17 11:14 AM

Il-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant, qal li l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej permezz ta’ fondi ċentrali Ewropej jeħtieġu aktar diskussjoni u prominenza.

Huwa qal dan fi stqarrija wara li vvota favur riżoluzzjoni dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi fil-Parlament Ewropew.

Sant saħaq li t-tibdil jew it-tisħiħ tar-regoli preżenti ta’ kif fondi politiċi jinfiltraw fis-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jiġu deċiżi b’mod rigoruż, bi trasparenza u b’mod demokratiku.

Bħalissa l-Kummissjoni Ewropea qed tgħarbel nuqqasijiet u tipproponi reviżjoni tar-regoli wara għadd ta’ skandli u suspetti dwar użu ħażin ta’ fondi fil-qafas tal-finanzjament tal-partiti.

L-istqarrija tikkowta rapport tal-Investigative Reporting Denmark, li żvela kif l-uffiċċji ta’ 249 Ewroparlamentari ma nstabux. Il-ġurnalisti jemmnu li wħud minn dawn il-flejjes mhux jintużaw tajjeb. Numru ta’ investigazzjonijiet li saru fit-28 stat membru juru kif fi 42 każ l-Ewroparlamentari qed iħallsu l-kera lill-partiti politiċi tagħhom jew lill-kontijiet personali tagħhom.

Għalhekk dir-riżoluzzjoni għaddiet sabiex, fi kliem Sant, “tinkiseb aktar trasparenza u kontabbiltà mill-bidu sal-aħħar. Inkella, skandli u suspetti dwar użu ħażin ta’ fondi se jkomplu jipprevalu, kif ġara ftit ilu lil numru ta’ Ewroparlamentari u partiti politiċi nazzjonali f’diversi stati membri, inkluż lill-Partit Nazzjonalista f’Malta”.