Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Appell lill-ġenituri għal dan is-Sajf

Leon  Xuereb  -  19/06/17 04:23 PM

Is-sajf, bil-ħafna ħin liberu tal-vaganzi, hu żmien ta’ gost għat-tfal u l-ġenituri għandhom jieħdu l-inizjattiva biex jgħinuhom joħolqu bilanċ bejn attivitajiet barra d-dar u dawk onlajn.

Dan kien kliem l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fid-dawl tal-bidu tal-vaganzi tas-sajf minn hawn u ftit jiem oħra.

Fi stqarrija l-Uffiċċju appella lil dawk kollha li huma responsabbli mill-benessri tat-tfal biex jiżguraw li t-tfal jieħdu gost b’mod sigur fis-sajf, waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jipproteġuhom mill-qilla tax-xemx, mill-perikli marbutin mal-barbecues, logħob u għawm f’pixxini kif ukoll fil-baħar.

Fakkar ukoll li t-tfal żgħar ħafna jistgħu jgħerqu f’żewġ pulzieri f’banju jew paddling pool u għalhekk l-adulti għandhom iżommu għajnejhom fuq it-tfal il-ħin kollu.

L-Uffiċċju ħeġġeġ lil dawk kollha responsabbli għat-tfal biex imexxu bl-eżempju u fl-istess ħin ħeġġeġ biex l-adulti jitgħallmu kif jagħtu l-ewwel għajnuna anke f’inċidenti zgħar li jistgħu jinqagħlu kemm fid-dar kif ukoll fil-baħar bħal gdim tal-bram.