Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

"Id-deċiżjoni għal sit ġdid tal-irziezet tal-ħut ibbażata fuq rapport ta’ waħda mill-kumpaniji"

Alvin  Vassallo  -  19/06/17 11:42 AM

Il-grupp Stop the Slime Campaign fuq Facebook stqarr li l-Awtorità tal-Ippjanar ibbażat id-deċiżjoni tagħha dwar ir-rilokazzjoni tal-irziezet tal-ħut minn Kemmuna għall-Aħrax tal-Mellieħa, fuq rapport dwar qiegħ il-baħar, li għamlet kumpanija tal-irziezet tal-ħut.

Il-grupp kien qed jirreaġixxi għall-approvazzjoni mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, għar-rilokazzjoni temporanja tal-irziezet tal-ħut lejn is-Sikka l-Bajda.

 “Irridu nistennew sa Awwissu biex naraw iħammġux il-baħar”

Minkejja li rrikonoxxa li dawn tpoġġew hemm b’mod temporanju u se jibqgħu jsiru aktar studji ta’ monitoraġġ, il-grupp innota li l-pubbliku jrid jistenna sal-15 ta’ Awwissu, meta l-ibħra jkunu kalmi, biex jara jekk il-baħar hux se jitħammeġ bl-għalf.

Il-grupp spjega li 75% tal-massa organika mill-irziezet tal-ħut tibqa’ fiż-żona akwakulturali, li hija fix-Xlokk ta’ Malta, kif ukoll tmur fid-direzzjoni opposta tagħhom jiġifieri lejn Tas-Sliema.

Intant huma wrew it-tħassib tagħhom ukoll minħabba li se jkunu eqreb lejn il-baħar fond. Dan it-tħassib huwa, minħabba li kif spjega ma’ Newsbook.com.mt l-ambjentalista Alan Deidun, aktar ma jkun fond il-baħar aktar tkun diffiċli biex isir studju fuq l-impatt li qed iħalli l-għalf fuq ir-ramel.

Prof. Deidun wera t-tħassib tiegħu għax iż-żona magħżula hija protetta minħabba li hemm ramel ħaj, li jista’ jiġi affettwat mill-għalf li jibqa’ nieżel fil-qiegħ. Stqarr li wieħed ma jridx jieqaf fuq l-impatt viżiv tal-irziezet tal-ħut, jiġifieri dak ta’ tniġġis mill-għalf, li jibqa’ fil-wiċċ. Saħaq li xi kultant lanqas nafu l-gravità tal-impatt mill-irziezet tal-ħut fuq qiegħ il-baħar.