Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Il-Gvern għandu jgħinna mhux ifixkilna” - OASI   |   "Se nirriżenja biex nibgħat messaġġ" - Simon Busuttil   |   Student Malti janalizza implants b'inqas riskji għas-saħħa   |  L-Italja twissi li tagħlaq il-portijiet għal bastimenti bl-immigranti

Il-Presidenza Maltija bi ftehim sabiex jissaħħu l-banek

Matthew Borg  -  19/06/17 10:19 AM

Intlaħqu żewġ ftehimiet oħra mill-Presidenza Maltija dwar miżuri biex jitnaqqsu r-riskji marbuta mal-ġerarkija bankarja tal-Bank Recovery and Resolution Directive (BRRD), kif ukoll dwar l-IFRS9 tal-Capital Requirements Regulation (CRR).

Dawn intlaħqu waqt l-aħħar laqgħa tal-ECOFIN fil-Lussemburgu nhar il-Ġimgħa li għaddew, li tmexxiet mill-Ministru tal-Finanzi Malti, Edward Scicluna, bħala President tal-Kunsill.

Dwar il-miżuri li ntlaħaq ftehim dwarhom, il-Ministru qal li se jinfurzaw lill-banek u jipproteġuhom minn xokkijiet mhux mistennija, skont standarda miftehma fuq livell internazzjonali.

L-Istati Membri laħqu wkoll ftehim fuq żewġ proposti oħra: it-tnaqqis tal-VAT fuq pubblikazzjonijiet elettroniċi u mekkaniżmu temporanju ta’ ħlas invertit biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT.

Il-Presidenza Maltija tfaħħret mill-Kunsill Ewropew għall-mod kif mexxiet it-taħditiet għall-Aġenda tal-Unjoni Ewropea dwar il-politika finanzjarja.

Il-Ministru Scicluna tem jgħid li x-xogħol imwettaq mill-Presidenza Maltija hu turija tat-tħabrik Malti sabiex jindirizza affarijiet relatati mat-tassazzjoni.