Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Jitnieda filmat "miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ" dwar ix-xorb eċċessiv fil-festi

Matthew Borg  -  19/06/17 03:53 PM

Tnieda filmat qasir bil-għan li jitqajjem aktar għarfien dwar ix-xorb eċċessiv fl-istaġun tal-festi Maltin.

Il-filmat, immirat l-aktar għaż-żgħażagħ, inħadem mill-Għaqda Każini tal-Banda.

Fi stqarrija l-Ministru għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon, qal li l-festi huma parti mill-identità ta’ pajjiżna u hi ħasra li jiġu mtappna b’xi mod , aktar u aktar meta x-xorb eċċessiv minn minuri fih element ta’ illegalità.

Waqt li rrimarka li din hija sfida li l-ministeru qed jaħdem biex tingħeleb, fakkar li l-festi u l-każini mhumiex marbuta biss mal-konsum tal-alkoħol.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali (FSWS), il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali, Alfred Grixti, semma li skont ir-rapport ta’ ESPAD, Malta għandha rati għoljin ta’ konsum ta’ alkoħol fost iż-żgħażagħ, filwaqt li żied li l-FSWS qed tħares lejn aktar ħidma f’dan il-qasam biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni.

Il-President tal-Għaqda Każini tal-Banda, Noel Camilleri, qal li dan il-filmat hu messaġġ miż-żgħażagħ għaż-żgħażagħ, bil-każini tal-banda juru kemm huma proattivi.

Ritratti: DOI - Kevin Abela