Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

Ma jaqbilx li l-MEPs li kkritikaw il-Gvern huma tradituri

Josianne  Camilleri  -  19/06/17 03:38 PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ma jaqbilx li l-Ewro-Parlamentari li jikkritikaw il-Gvern, huma tradituri.

Mistoqsi dwar il-kummenti fil-midja soċjali kontra l-MEPs li indirizzaw dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar ir-rule of law f’Malta, qal li hu ma jgħidx min itraddixxa jew le.

Spjega li hu ma jużax dik it-terminoloġija u ma jitkellimx b’dak il-mod.

Qal li l-MEPs, bħalu, iridu joqogħdu għall-ġudizzju tal-poplu.

Kompla li hu stess ġie akkużat b’ħafna affarijiet u li min ma jiflaħx għall-pressjoni għandu jwarrab.