Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Maqbuda 10kg kokaina

Matthew Borg  -  19/06/17 03:30 PM

Inqabdu 10kg kokaina mill-Pulizija matul il-lejl li għadda.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-ħidma biex inqabad dan l-ammont kienet ilha għaddejja bosta xhur.

B’rabta mas-sejba ġew arrestati koppja Belġjana u żewġt irġiel Maltin, wieħed ta’ 38 sena residenti Birkirkara u ieħor ta’ 41 sena li joqgħod Ħal Safi.

Bħalissa qed jinżammu arrestati u l-Pulizija mhix teskludi li jitressqu l-Qorti għda stess akkużati bl-importazzjoni, it-traffikar, u l-pussess aggravat tad-droga msemmija.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali minn Ian Farrugia, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.