Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Assassinju DCG: L-Arċisqof b'messaġġ qawwi għall-ġurnalisti, għall-politiċi u għall-Maltin   |  L-avukat ta' DCG imħasseb bl-aġir tagħha ftit jiem qabel inqatlet   |  "Kont naf li qed tfittxuni, għalhekk żammejt pistola fuqi" - l-akkużat   |  Seba’ flyovers mingħajr traffic lights fil-junction tal-Marsa   |  

​Minn marda serja għal tarbija “miraklu”

Josianne  Camilleri  -  19/06/17 12:34 PM

Meta Sarah Fletcher marret għand it-tabib minħabba nefħa f’żaqqha, ħaseb li kellha problema fl-istonku minħabba kundizzjoni li kienet tbati minnha.

Il-mara kellha bżonn operazzjonijiet b’ermerġenza fil-passat wara li sofriet minn kumplikazzjonijiet riżultat ta’ numru ta’ snin tissielet kontra l-bulimja u l-anerossija.

It-tobba kienu qalulha li tant saret ħsara lill-ġisimha li kien impossibli li jkollha tarbija.

Iżda l-mara ta’ 33 sena ħadet is-sorpriża ta’ ħajjitha meta skopriet li altru li ma kinitx marida serjamentm imma fil-fatt kellha tqala ta’ sitt xhur u nofs.

“It-tarbija salvatilha ħajjitha”

Il-mara tirrakkonta li bagħtuha għal X-ray li wera li kellha l-għadan ta’ tarbija fil-ġuf. Iżda għall-bidu t-tobba ma kienux ċerti jekk it-tarbija kinitx ħajja.

Qalet li qabel it-tabiba qaltilha x’ħareġ mill-X-ray, talbitha tpoġġi bilqiegħda għax kienet aħbar diffiċli u ma kinitx taf kif se tgħidhilha.

Dak il-ħin ħasbet li kellha marda terminali minħabba l-abbuż kollu li sofra ġisimha.

Meta t-tabiba qaltilha li se jkollha tarbija, il-mara bdiet tibki u qalitilha li ma kienx possibli minħabba l-kundizzjoni tagħha. Tgħid li t-tabiba bdiet tibki magħha wkoll bil-ferħ.

It-tarbija Beatrice llum għandha disa’ ġimgħat u l-omm tgħid li t-tifla salvatilha ħajjitha.

Fejn qabel ma kienx jimpuraha li tħossha aħjar, issa qed tiffoka l-enerġija kollha tagħha biex tagħti l-aħjar ħajja lil bintha filwaqt li tieħu ħsieb saħħitha. 

Ritratt 1: Sarah Fletcher u t-tarbija Beatrice li tgħid li salvatilha ħajjitha

Ritratt 2: Xellug: Fit-tieġ ta’ oħtha f’Settembru meta ma kinitx taf li se jkollha tarbija. Lemin: Ritratt meħud f’Jannar meta saret taf li qed tistenna tarbija.

Ritratt 3: It-tarbija Beatrice li għandha disa’ ġimgħat