Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Monument tal-Madonna tal-Karmnu ġdid fiż-Żurrieq

Leon  Xuereb  -  19/06/17 04:39 PM

Il-Fondazzjoni 175 ħabbret li se tinawgura monument ġdid iddedikat lill-Madonna tal-Karmelu biex tfakkar il-175 anniversarju mill-miġja tal-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq.

Fi stqarrija l-Fondazzjoni qalet li dan se jsir fid-daħla prinċipali taż-Żurrieq fi Vjal il-Blue Grotto.

L-inawgurazzjoni se ssir mill-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca bil-parteċipazzjoni tal-Banda Queen Victoria flimkien ma' baned oħra tal-iscouts.

​Il-Fondazzjoni qalet li l-monument hu magħmul minn pedestall maħdum bl-idejn fil-ġebla tal-franka fuq stil barokk.

Il-buzzett u d-direzzjoni tax-xogħol mill-pedestall 'il fuq, bl-istatwa b'kollox, sar mill-artist Chris Ebejer.

Ritratt: Monument Ġdid Madonna tal-Karmnu Żurrieq