Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Nar Londra: 79 persuna maħsuba mejta

Alvin  Vassallo  -  19/06/17 12:25 PM

79 persuna mietu jew huma mitlufa wara t-traġedja fi Grenfell Tower f’Londra.

In-nirien ħakmu l-blokka ta’ 24 sular f’North Kensigton nhar it-Tlieta li għadda.

Kelliem għall-Pulizija qal li kważi kull familja li kienet tgħix hemm tilfet xi qarib.

Spjega li l-prijorità tal-Pulizija hija li jiġu ddentifiakti dawk in-nies li mietu u li jitneħħew minn fuq il-post malajr kemm jista’ jkun. Żied jgħid li minkejja li qed jaħdmu qatigħ il-ħidma biex jiġu ddentifikati taf tieħu ġimgħat sħaħ.

Qal li jifhem li dan huwa mument diffiċli għall-familjari u qal li qed jipprova jsib ir-risposti għall-familji li ġew affettwati minn dan l-inċident.

Saħaq li se jkun qed jara li min hu responsabbli jerfa’ l-konsegwenzi.

Uħud mir-residenti li kienu tkellmu ma' midja internazzjonali weħħlu fix-xogħol ta' kisi li sar riċentament fuq il-faċċata tal-blokka u qed jgħidu li dan wassal biex in-nar jinxtered minn ġewwa għal barra malajr. Huma qajmu wkoll diversi mistoqsijiet dwar għalfejn ma kienx hemm miżuri oħra ta' sigurtà. Fost dawn ħafna qed jistaqsu għalfejn f'xogħol ta' manutenzjoni li saru fl-aħħar sentejn ma kinux tweħħlu sprinklers.

Jidher ukoll li r-residenti mhux l-ewwel darba li lmentaw mal-kumpaniji li jimmaniġġjaw il-blokka dwar nuqqas ta' sigurtà.