Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Jinstab raġel mejjet fil-baħar   |  "Diġà hemm ħafna kriminalità: Iżżiduhiex bil-'gentlemen's clubs'"   |  “Il-Knisja Maltija hi importanti għall-Papa” – In-Nunzju Appostoliku   |  Il-Golfo Azzurro ordnat jidħol Tripli b'theddid li jinfetaħ in-nar fuqu

Aġġornata bil-filmat: Isuq karozza għal ġo vann tal-Pulizija f'Pariġi

Leon  Xuereb  -  19/06/17 04:26 PM

Karozza instaqet għal ġo vann tal-Pulizija f'Pariġi.

L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li x-xufier saq deliberament għal ġol-karozza viċin ix-Champs Elysees.

Diversi persuni qalu li semgħu splużjoni fil-viċinanzi ftit wara l-attakk.

Aktar tard il-Pulizija kkonfermat li l-isplużjoni kienet riżultat tal-ħabta hekk kif mal-impatt il-karozza ħadet in-nar.

L-awtoritajiet ma kkonfermawx jekk weġġax xi ħadd, għalkemm mill-ewwel rapporti jindika li ma kienx hemm vittmi.

Ix-xufier ġie miżmum mill-Pulizija u għal xi ħin kien fl-art mitluf minn sensih wara operazzjoni ta' sigurtà b'reazzjoni għal dan l-attentat attakk.

Bħalissa Franza tinsab taħt stat ta' emerġenza wara numru ta' attakki terroristiċi f'dawn l-aħħar snin.