Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Il-Gvern għandu jgħinna mhux ifixkilna” - OASI   |   "Se nirriżenja biex nibgħat messaġġ" - Simon Busuttil   |   Student Malti janalizza implants b'inqas riskji għas-saħħa   |  L-Italja twissi li tagħlaq il-portijiet għal bastimenti bl-immigranti

Qawsalla unika f'Mater Dei

Leon  Xuereb  -  19/06/17 03:39 PM

Fil-passat tfal morda bil-kanċer kienu jingħataw il-kura b’mod ġenerali fi swali pedjatriċi f’kmamar weħidhom.

Tmien snin ilu twieldet l-ewwel Taqsima għat-Tfal fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija b’dekorazzjonijiet u tpinġijiet iddisinjati apposta mill-ġenituri u voluntiera.

Kull min jidħol fir-Rainbow Ward fl-isptar Mater Dei isib membri mit-tim ta’ Puttinu biex, flimkien mal-infermieria,  jidderiġuh u jassistuh f’li jkun hemm bżonn.

Fost l-attivitajiet li Puttinu jorganizza biex jgħin lil dawk fil-bżonn hemm il-famuża maratona tal-futbol li ssir kull sena fil-grawnds tal-Marsa.

Din is-sena l-maratona se ssir nhar it-22,23 u 24 ta’ Settembru fl-istess post.

Filmat: Puttinu Cares