Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
“Il-Gvern għandu jgħinna mhux ifixkilna” - OASI   |   "Se nirriżenja biex nibgħat messaġġ" - Simon Busuttil   |   Student Malti janalizza implants b'inqas riskji għas-saħħa   |  L-Italja twissi li tagħlaq il-portijiet għal bastimenti bl-immigranti

Skattat monitoraġġ u investigazzjoni dwar ħmieġ li qed jidher fl-ibħra tal-kosta Maltija

Matthew Borg  -  19/06/17 04:14 PM

L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ikkonfermat li se kkummissjonat monitoraġġ u investigazzjoni dwar id-dehriet riċenti ta’ nħawi maħmuġin fil-baħar mal-kosta Maltija.

Kienu bosta r-ritratti li persuni bagħtu lil Newsbook.com.mt, kif ukoll tellgħu fuq Facebook, li juru dawk li jidhru boċoċ tal-ħmieġ fil-baħar.

Fi stqarrija l-ERA qalet li fenomenu bħal dan deher fi nħawi oħra tal-Mediterran, u jista’ jkun riżultat ta’ fenomeni naturali relatati mal-kundizzjoni tal-ilma baħar, inkella minħabba bijoaġenti.

L-ERA qalet li tinsab f’kuntatt ma’ ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra, u filwaqt li l-investigazzjonijiet għaddejjin, ma tistax tikkummenta aktar dwar dan.

Ritratt: iż-Żonqor, miġbud minn Walter Zahra