Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Traffiku aktar mis-soltu f'Burmarrad

Leon  Xuereb  -  19/06/17 02:17 PM

Attent jekk se tgħaddi minn Burmarrad fil-ħin li ġej hekk kif hemm konġestjoni kbira tat-traffiku.

Dan it-traffiku, li hu normali f’dawn il-ħinijiet, kompla jiżdied wara ħabta bejn karozza u coach fi Triq Burmarrad ftit qabel is-2pm.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Il-Pulizija marru fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Ritratt: Arkivji