Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

L-Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta b'għotja ta' kotba tat-tfal lil skola fl-Imsida

Matthew Borg  -  30/06/17 06:40 PM

Il-grupp Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta ta għadd ta’ kotba tat-tfal lill-Iskola Primarja tal-Imsida.

Huwa u jippreżenta l-kotba, il-President tal-komunità Musulmana Ahmadiyya, Laiq Ahmed Latif, sostna li l-Ahmadiyya tippromwovi u l-qari tal-kotba bħala parti mill-missjoni tagħha li tgħin lill-komunità Maltija.

Stqarr li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għas-suċċess, u l-għotja tal-kotba huwa att tassew sinjifikanti li wieħed jista’ jagħmel lil skola.

Min-naħa tagħha, il-Kap tal-Iskola, Ms Ungaro, irringrazzjat lill-Komunità tal-Ahmadiyya, u fakkret li din ma kinitx l-ewwel darba li l-grupp Musulman għen lill-iskola, fost l-oħrajn billi offra daqqa t’id f’bosta proġetti skolastiċi.