Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Jibqa' arrestat minħabba l-ekstasi, il-kannabis u l-kokaina

Charmaine  Attard   -  10/07/17 01:19 PM

Żagħżugħ ta’ 28 sena minn San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti taħt arrest, akkużat b’pussess tad-droga.

Quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri, is-Serb ġie akkużat li fit-8 ta’ Lulju li għadda u fil-ġranet ta’ qabel, kellu fil-pussess tiegħu d-droga ekstasi, pjanta tal-kannabis jew parti minnha, reżina tal-kannabis u kokaina.

Huwa ġie akkużat ukoll li kellu l-imsemmija droga f’distanza ta’ inqas minn 100 metru minn post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.

Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest u ordnat li jinżamm arrestat ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank Tabone.