Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

Mill-pjazza jispiċċaw il-Qorti

Alvin  Vassallo  -  14/07/17 07:11 PM

Żewġt irġiel barranin tressqu l-Qorti wara li lbieraħ filgħaxija kellhom argument vjolenti fil-pjazza ta’ Ħaż-Żabbar.

Żagħżugħ ta’ 18-il sena li jgħix Ħaż-Żabbar u żagħżugħ ta’ 20 sena minn Gaza, residenti ċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa, ġew akkużati b’theddid u nsulti lejn xulxin u li kisru l-paċi pubblika.

L-argument qam wara li wieħed mill-irġiel kien qed ipejjep sigarett u l-ieħor qabad u ħadulu.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena kien akkużat li kellu arma mingħajr liċenzja filwaqt li r-raġel l-ieħor kien akkużat li kellu xafra u li kien riċediv.

Huma ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom u l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia tathom tliet xhur ħabs sospiżi għal sentejn.