Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

Awdjo: Pariri għalik li taħdem fuq barra

Alvin  Vassallo  -  16/07/17 01:11 PM

Jekk qed taħdem fil-qilla tax-xemx u ma tistax tevitaha oqgħod attent u prova ilqa’ għar-raġġi.

Ma’ Newsbook.com.mt Paula Vassallo, Direttur għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard spjegat li meta wieħed joħroġ u joqgħod fl-għeqel tax-xemx għandu jindilek bil-krema kontra x-xemx (50+) u japplika l-krema minn ħin għal ieħor.

Spjegat ukoll li l-ħaddiema li jaħdmu fix-xemx għandhom jilbsu ħwejjeġ ħfief u jitfgħu beritta f’rashom.

Importanti wkoll li wieħed jixrob l-ilma anke meta ma jkollux l-għatx u għandu jevita xarbiet biz-zokkor għax dawn iġibu deidrazzjoni.

Max-xarba jmur l-ikel u biex wieħed jissielet kontra s-sħana għandu jiekol ikel frisk.

Madankollu jekk tista’ tevita x-xemx Dr Vassallo tappella biex bejn l-10am u l-4pm tinġabar f’darek u tevita milli toqgħod fix-xemx.

Jekk se tmur tiċċelebra jew se taqbeż  fil-marċ tal-festa evita l-alkoħol u ixrob ħafna ilma.

Ta’ spiss nisimgħu dwar l-Indiċi UV.Dwar dan Dr Vassallo tappella biex meta jkun aktar minn 7 wieħed jevita milli joqgħod fix-xemx.

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar kif se tilqa’ għax-xemx tista’ ċċempel lid-Direttorat fuq 2326600.