Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

X'se jkollu s-Samsung li m'għandux l-iPhone ?

Leon  Xuereb  -  16/07/17 01:54 PM

Hekk kif il-mudelli tal-mowbajls Samsung Galaxy Note 8 u l-iPhone 8 se jikkompetu flimkien aktar tard din is-sena, Samsung żvelat li se jkun hemm differenza li se tiddisingwixxi ż-żewġ mudelli sew minn xulxin.

B' 6GB ta' RAM, l-ikbar differenza bejn il-Galaxy Note 8 u l-iPhone 8 se jkun l-headphone jack tat-tip 3.5mm.

L-iPhone kkonfermat r-rapporti mal-midja internazzjonali li mhix se tibqa timmanifattura apparat headphone jack.

Is-suċċessur tal-Galaxy Note 7, li ma kienx baqa' jiġi mmanufatturat minħabba batteriji li kienu jisħnu u jisplodu, qed jingħad li se jkun iddisinjat fuq l-istil tal-Galaxy S8 bi skrin minn tarf sa tarf.

B'differenza mill-Galaxy S8 il-mudell se jkollu skrin ta' madwar 6.4 pulzieri, u li minħabba f'hekk mhux se jifdal spazju għall-buttuna prinċipali fuq in-naħa t'isfel tal-iskrin.

Bħal uħud mill-predeċussuri tiegħu l-Galaxy Note 8 se jkollu stylus bl-isem S Pen.

L-S Pen se tkun jkollha mutur li jissinkronizza mal-app 'Find My Mobile', biex tgħinek issib il-mowbajl f'każ li titilfu.