Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Il-Kummissarju għat-Tfal titlob għal aktar spezzjonijiet fiċ-ċentri tat-tfal

Matthew Borg  -  17/07/17 02:02 PM

Il-Kummissarju għat-Tfal, Pauline Miceli, talbet li jkun hemm spezzjonijiet fiċ-ċentri tal-ħarsien għat-tfal b’mod regolari, u mhux meta jirċievu l-ilmenti biss.

Din it-talba saret fid-dawl tas-60 rapport li d-Direttorat tal-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DKSE) irċieva dwar każijiet ta’ trattament ħażin ta’ tfal f’ċentri tal-ħarsien ta’ matul il-jum, iċ-childcare centres.

Miceli rrakkomandat ukoll li jkun hemm iżjed taħriġ ta’ waqt ix-xogħol għall-ħaddiema involuti fl-operat taċ-ċentri, sabiex dawn jibqgħu aġġornati mal-aħħar prattiċi innovattivi.

Irrimarkat ukoll li l-binjiet ta’ dawn iċ-ċentri jitgħammru b’kameras tas-sigurtà.

L-Uffiċċju enfasizza l-impenn tiegħu fil-ħidma mal-awtoritajiet responsabbli sabiex jiġu aġġornati l-Istandards Nazzjonali dwar iċ-ċentri tal-ħarsien għat-tfal, kif ukoll biex jippromwovi l-iżvilupp soċjali, emottiv u konjittiv tat-tfal.