Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Sajjetta tolqot żona fiż-Żurrieq u tikkawża nirien   |  Ikkonfermata l-analiżi ta' Newsbook: Debono jċedi s-siġġu   |  Kittieba konservattivi jakkużaw lill-Papa b'ereżija   |  "In-nisa m'għandhomx jirrifjutaw l-irġiel": Il-BA tinvestiga, oħrajn ma jaraw xejn ħażin   |  Merkel jew Schulz? Il-Ġermaniżi jivvutaw

Il-PM jipproponi żieda ta' deputati nisa fil-Parlament f'din il-leġiżlatura

Mill-Parlament    -  17/07/17 11:20 PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa miftuħ biex matul din il-leġiżlatura jiżdiedu n-numru ta’ nisa fil-Parlament. Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li r-riforma Kostituzzjonali teħtieġ riforma istituzzjonali li ssaħħaħ l-awtonomija, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-istituzzjonijiet pubbliċi. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, il-ħatra b’żewġ terzi tal-Kamra tal-karigi ewlenin fis-settur pubbliku.

Huma qalu dan waqt interventi rispettivi fid-dibattitu dwar il-Messaġġ tal-President tar-Repubblika fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Parlament nhar l-24 ta’ Ġunju.

Il-Prim Ministru saħaq li l-mandat tal-Gvern hu tali li jinkludi element qawwi ta’ riformi. Semma r-riforma kostituzzjonali kif ukoll “riformi kontroversjali” fil-qasam tad-droga u l-legalizzazzjoni tal-prostituzzjoni li ddeskriva bħala “industrija li ħallejniha tikber”.

Muscat qal li l-isforz għal iktar nisa fil-Parlament jeħtieġ li ż-żewġ naħat tal-Kamra jkunu avventurżi. Sostna li żieda fil-leġiżlatura preżenti tkun qed tibgħat messaġġ qawwi lis-soċjetà. Qal li l-mekkaniżmu għandu jkun wieħed li jirrispekkja r-riżultat elettorali. Saħaq li n-nuqqas ta’ nisa fil-Parlament hi kwistjoni ta’ fatti li juru li s-sistema għandha bżonn xokk. Qal li l-Gvern għandu mandat biex idaħħal kwoti, iżda fl-istess ħin il-mandat hu ġeneriku biżżejjed biex jkun hemm lok għal diskussjoni mal-Oppożizzjoni. Saħaq li l-kwoti għandhom jiddaħħlu b’mod temporanju. Sejjaħ ukoll għal reviżjoni dwar il-ħinijiet tal-Parlament.

Min-naħa tiegħu, Busuttil qabel dwar il-ħtieġa ta’ iktar nisa fil-Politika. Qal li l-Oppożizzjoni qed tagħmel dan bil-fatti hekk kif 20% tad-Deputati Nazzjonalisti huma nisa. Dan għall-kuntrarju tal-10% tad-Deputati fuq in-naħa tal-Gvern. Staqsa x’mekkaniżmu għandu f’moħħu l-Prim Ministru, jekk hux se jżid l-għadd ta’ membri jew hux se jnaqqas xi deputati rġiel.

Busuttil irrefera għallenfasi fuq l-għaqda Nazzjonali fil-messaġġ tal-President. Waqt li qabel bħal dan bħala prinċipju, sostna li ma tistax tkun l-Oppożizzjoni biss li tagħmel pass lura. Saħaq li l-Gvern jeħtieġ li jagħmel sforzi kbar biex jinħoloq bilanċ fix-xandir, u biex jippermetti kritika u mhux jinfexx fi transfers vendikattivi fuq dawk li ma jaqblux miegħu, li jikkritikawh jew li jikxfu każi ta’ korruzzjoni.

.