Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

L-isforzi tal-Unjoni Ewropeja dwar l-imigrazzjoni mhux jagħtu frott

.     -  17/07/17 05:00 PM

Il-Caritas Europa ikkundanat lill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja għan-nuqqas ta’ solidarjeta’ li qed juru mal-Italja billi mhux qed jieħdu f’pajjiżhom emigranti li qed jaslu bl-eluf minn tagħhom f’dan il-pajjiż.

Fi stqarrija il-Caritas qalet li l-pajjiżi membri tal-UE għandhom jaqsmu l-piż mal-Italja fejn qed jaslu 75% tal-imigranti kollha. Hi ħeġġet lill-pajiżi Ewropej oħra biex jiftħu l-portijiet tagħhom fil-Mediterran biex jidħlu fihom vapuri bl-imigranti salvati minn diversi organizazzjonijiet mhux governattivi li qed iwettqu ħidma ta’ salvataġġ.

L-Organżazzjoni sostniet li l-UE għandha għandha żżid l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ navali flok tagħlaq il-portijiet tagħha għall-vapuri tal-organiżazzjonijit mhux governattivi kif qed thedded li tagħmel l-Italja.

Oliviero Forti, Direttur tad-Dipartiment tal-Migrazzjoni tal-Caritas fl-Italja qal li l-ħidma tal- Ewropa b’risq l-emigranti mhux tagħti frott. L-Ewropa m’għandhiex tibqa’ taħli flus biex isaħħaħ il-fruntieri għax dan iservi biss biex il-kumpanniji tas-sigurta’ u t-traffikanti tal-persuni ikomplu jistagħnew. Ikun aktar għaqli u orħos li tinvesti f’politika effiċjenti ta’ integrazzjoni u twaqqf gruppi ta’ impjegati ċivili li jsaħħu l-proċess tal-applikazzjonijiet għall-ażil fil-pajjiżi membri fejn qed jaslu l-imigranti.

S’issa, din is-sena biss, l-Italja diġa’ ħadet 85,000 emigranti li waslu bid-dgħajjes mill-Afrika.