Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ara ġejja s-sħana għalik!

Charmaine  Attard   -  17/07/17 02:33 PM

Fi tmiem din il-ġimgħa huwa mistenni li nibdew inħossu s-sinjali ta' mewġa oħra ta’ sħana, li tilħaq il-quċċata l-ġimgħa d-dieħla. 

Is-sit Firstmalta ħabbar dan, waqt li spjega li għadu mhux ċar kemm se jitilgħu t-temperaturi u kemm se ddum eżatt.

Spjega li massa ta’ arja sħuna li fformat fuq il-Punent tal-Mediterran, jidher li se tkun qed tersaq bil-mod lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.

Is-sit jgħid ukoll li dan ikkonfermah mal-aħħar aġġornamenti tal-Global Forecast System Amerikana li jipprevedi s-sitwazzjoni tat-temp mad-dinja.