Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

Martri mill-Kolombja se jkunu bbeatifikati f’Settembru

.     -  17/07/17 07:27 AM

Fil-vjaġġ li l-Papa Franġisku mistenni jagħmel fil-Kolombja f’Settembru li ġej mistenni jibbeatifika lill-Isqof Jesus Emilio Jaramillo Monsalve ta’ Aruca u lil Patri Pedro Ramirez Ramos, waqt quddiesa li se ssir fil-miftuħ fil-belt ta’ Villavicencio.

Grazzi għall-ħidma ta’ evanġeliżazzjoni tal-Isqof Jarmillo f’territroju kbir mifni  bil-kuntrabandu u t-traffikar ta-droga, dan il-pajjiż seta’ jibda jiżviluppa. L-Isqof kien inqabad u ttieħed ostaġġ minn ħallelin armati madwar 800 kilometru fil-Lvant tal-kapitali Bogota u nstab maqtul b’erba tiri f’rasu, l-għada li nħataf.

Il-Papa rrikonoxxa wkoll il-martirju ta’ Patri Ramirez li nqatel fil-bidu tal-gwerra ċivili fil-Kolombja fl-1948 meta gwerrillieri attakkawh meta kien qed jipprova jistaħba mill-qilla tagħhom, fil-knisja parrokkjali. Hu ma riedx jaħrab u jabbanduna lill-parruċċani u għalhekk il-gwerilleri kissru l-bieb tal-Knisja, qabduh u akkużawh li kien qed jaħbi l-armi fil-kunvent li kien hemm biswit il-knisja.

Patri Ramirez inqatel fl-10 ta’ April u l-parruċċani ma tħallewx jidfnuh bir-rit reliġjuż għal għaxart ijiem sħaħ. Fil-Kolombja Patri Ramirez hu magħruf bħala “il-martri ta’ Armero”.

Il-Papa Franġisku qed jippjana li jżur il-Kolombja bejn is-6 u l-11 ta’ Settembru u jżur il-bliet ta’ Bogota, Villavicencio, Medellin u Cartagena.

Għalkemm dan se jkun vjaġġ pastorali mistenni jservi wkoll biex isaħħaħ il-ftehim li kien iffirmat riċentement bejn il-Gvern u r-Ribelli li mistenni jġib fi tmiemha 50 sena ta’ gwerra ċivili fil-pajjiż.