Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Ritratti: Il-President tinkoraġġixxi aktar "brillantini"

Matthew Borg  -  17/07/17 09:04 AM

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca inkuraġixxiet aktar tfal sabiex jesploraw id-dinja kkulurita tal-qari, u jiddu daqslikieku kienu "brillantini".

Il-President kienet qed twassal id-diskors tagħha waqt il-premjazzjonijiet ta' “Brillantini tal-Qari”, inkella bl-Ingliż, “Reading Stars”, organizzat mill-Aġenzija għal-Litteriżmu Nazzjonali, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni.

L-inizjattiva Brillantini kienet bdiet f’Novembru tas-sena l-oħra, u sa issa kien hemm 250 ‘brillantin’ li ddistingwew ruħhom bħala qarrejja li, kif jgħid il-Malti, jixorbu l-kotba.

Dawn it-tfal ikunu nnominati minn ġenituri, għalliema, qraba u anki ħbieb, u għal dis-sena rċevew ir-rikonoxximent 50 student minn skejjel tal-Istat, Indipendenti u tal-Knisja.

Waqt is-serata tal-premjazzjoni, kien hemm ukoll 10 studenti li wrew x’jafu fl-iżfin, fil-kant, fil-mużika, u ovvjament fil-qari.

Coleiro-Preca qalet lit-tfal miġbura quddiema li bil-qari tesplora kulturi u ssir taf dwar nies differenti, u għalhekk jitrawmu fihom is-sens ta’ inklużjoni u aċċettabilità.