Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

Thake jitlef l-interess

Matthew Borg  -  17/07/17 03:44 PM

David Thake, preżentatur fuq Radio 101, ikkonferma li m’għadux interessat fil-kariga ta’ kap tal-Partit Nazzjonalista, filwaqt li ħabbar l-appoġġ tiegħu lit-Teżorier tal-PN, Alex Perici Calascione.

Thake, li fil-jiem li għaddew qal li jikkunsidra jikkontesta jekk jara li minn dawk li jitfgħu n-nomina ma jkun hemm ħadd kapaċi, qal b’filmat fuq Facebook, li kellu laqgħa ta’ sagħtejn ma’ Perici Calascione.

Innota li f’dil-laqgħa hu u Perici Calascione qablu fuq bosta affarijiet, fosthom il-viżjoni tal-PN u l-mod kif għandha titmexxa Malta.

Kompla jgħid li l-esperjenza wrietu li l-PN għandu problemi b’għeruq fondi, problemi li jridu li xi ħadd jaqbadhom minn qrunhom, u mhux jevitahom.

Sadanittant, illum beda l-proċess biex jintgħażel kap għall-PN, u sa issa ppreżentaw in-nomina tagħhom, il-Membru Parlamentari Chris Said u l-Avukat Adrian Delia.

Iż-żmien biex wieħed jippreżenta n-nomina jagħlaq l-Erbgħa.