Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

Żewġ eksuffiċjali tal-Isptar tal-Vatikan akkużati bi tbagħbis ta’ flus

.     -  17/07/17 08:00 AM

Il-Vatikan beda jieħu  passi legali kontra żewġ eksuffiċjali tal-Isptar Bambino Gesù –li hu sptar tal-Knisja – fuq akkużi li dawn bagħbsu fil-finanzi billi użaw flus tal-isptar biex jissebbaħ l-appartament tal-Kardinal Tarcisio Bertone, eks-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan.

Dan hu l-ewwel każ li l-Prosekuturi tal-Vatikan qed iressqu taħt ir-regoli l-ġodda introdotti ftit taż-żmien ilu u maħsuba biex ikun hemm aktar trasparenza u kontabilità fil-finanzi tal-Vatikan.

Giuseppe Profiti u Massimo Spina li kienu President u Teżorier tal-Fondazzjoni li tmexxi l-isptar għandhom jidhru quddiem Tribunal tal-Vatikan, għada it-Tlieta, biex jibda jinstema’ l-każ. Huma qed ikunu akkużati li użaw €400,000 mill-flus tal-Isptar biex ikun rinnovat appartament proprjet tal-Kardinal Bertone. Profiti kien iġġustika dan l-infiq  qal li l-appartament tal-Kardinal kien jintuża għal attivitajiet biex jinġabru fondi għall-isptar.

Il-Kardinal Bertone mhux qed ikun akkużat ma’ dawn iż-żewġ uffiċjali u sostna li ma kienx jaf li għar-rinnovament tal-appartament tiegħu intużaw fondi tal-isptar. Anzi sostna li fl-2015 hu kien għamel donazzjoni ta’ €150,000 lill-imsemmi sptar.

Dawn il-proċedimenti għandhom iservu biex jittestjaw ir-regoli finanzjarji ġodda tal-Vatikan. Għalkemm ir-Regolaturi Bankarji Ewropej kienu faħħru r-regoli ġodda introdotti mill-Vatikan qalu li sal-lum għadu ħadd ma kien akkużat bil-ksur ta’ dawn ir-regoli.

Dan il-proċess għandu jservi wkoll ta’ test biex ikun stabbilit jekk il-Vatikan jistax jieħu pass legali kontra individwi li mhumiex direttament sudditi tiegħu. Profiti u Spina jistgħu jargumentaw li bħala ċittadini Taljani, ma jaqgħux fil-ġurisdizzjoni tal-Qrati tal-Vatikan.

Il-Kardinal Tarcisio Bertone li kien l-ogħla uffiċjal tal-Vatikan wara l-Papa bejn l-2006 u l-2013 kien kritikat ħafna għax kien għaqqad żewġ appartamenti fil-Vatikan f’appartament wieħed kbir biex jgħix fih.