Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
"Malta mhux qed timxi mal-liġi tal-UE dwar l-insib" - AĠ tal-Qorti Ewropea   |  Il-Qorti tilqa’ t-talba ta’ Busuttil biex tinvestiga lil Schembri u Mizzi; il-PM: “Busuttil b’interpretazzjoni ħażina”   |  Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja   |  Il-Papa jikteb lil soru li għenet għadd ta' nisa joħorġu mill-prostituzzjoni

Madwar 90,000 mara f'impjieg

Mill-Parlament    -  18/07/17 08:00 AM

L-għadd ta’ nisa jaħdmu fi tmiem l-2016 kien ta’ ftit anqas minn 90,000; żieda ta’ 32% fuq l-2011.

Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għax-Xogħol Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Alex Muscat.

L-istatistika tinkludi kemm impjegati full-time kif ukoll dawk part-time.

Is-settur tal-bejgħ bl-ingrossa jew bl-imnut huwa l-iktar wieħed li għandu nisa impjegati fih – 13,905. Dan huwa segwit mill-kamp tal-edukazzjoni li jħaddem madwar 13,200 mara. Bejniethom, dawn iż-żewġ setturi jħaddmu kważi mara minn kull tlieta fis-settur tax-xogħol.

Għall-kuntrrju, kien hemm biss 23 mara rreġistrata li taħdem fis-settur tal-elettriku, gass jew arka kkundizjonata u 39 mara fis-settur tal-barrieri.