Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  

Jinżamm arrestat wara li ħebb għall-eks sieħba tiegħu

Alvin  Vassallo  -  20/07/17 04:40 PM

Raġel ta’ 25 sena nżamm arrestat wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest wara li darab lill-eks sieħba tiegħu.

Huwa kien akkużat li darab lill-eks sieħba tiegħu, insultaha, heddidha u li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza li ngħatatlu f’Diċembru biex ma jersaqx lejha.

Quddiem il-Maġistrat Grazio Mercieca, il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat huwa riċediv u għandu rekord kriminali.

L-akkużat wieġeb li mhux ħati iżda l-Maġistrat ordna lijinżamm arrestat.