Newsbook

Free - On Google Play

View
Impjiegi minn jobsinmalta.com  
Adrian Delia bi stedina għall-Prim Ministru   |  Arrestati aktar uffiċjali Katalani   |  "Is-siġġu tan-nies" - Ivan Bartolo; Cordina se jibqa’; Marlene qed tagħmel suwiċidju - Briguglio   |  Puli ma jgħidx hux lest li jċedi s-siġġu; pressjoni fuq Schiavone   |  L-Arċisqof iħeġġeġ lill-għalliema biex ikollhom stil san ta’ ħajja

Ivan Grech b'kunċert b'risq il-Fondazzjoni ALS

Matthew Borg  -  07/07/17 08:29 AM

Ivan Grech, magħruf l-aktar għas-sehem fil-grupp mużikali Malti Wintermoods, se jagħti t-tieni kunċert tiegħu, kollu b’risq il-Fondazzjoni ALS.

Min se jattendi jista’ jlesti ruħu għal uħud mill-aqwa suċċessi tal-Wintermoods, kif ukoll għażla ta’ kanzunetti favoriti tal-idoli mużikali ta’ Grech.

Grech qed jiggarantixxi li l-udjenza mhix se jkollha minuta ta’ waqfien miż-żfin.

L-eks-kantant tal-Wintermoods ħabbar li l-inimitabbli Pascal Kravetz, magħruf l-aktar għat-tours tiegħu madwar id-dinja flimkien mal-aqwa mużiċisti, se jerġa’ jingħaqad miegħu f’Malta.

Grech qal li dan il-ġest qed jagħmlu wkoll biex ipatti għal okkażjoni s-sena l-oħra, meta Bjorn Formosa talbu biex ikanta f’avveniment tal-ALS iżda ma setax għal xi raġuni. Huwa stqarr li m’hemm xejn isbaħ milli tagħti.

Min-naħa tiegħu Bjorn iqis dal-kunċert bħala raġġ ta’ dawl għal dawk li jbatu mill-ALS, kif ukoll oppprunità unika biex tiġi apprezzata l-mużika ta’ Grech.

Jakkumpanjw lill-kantant se jkun hemm Jeremy Micallef u David Cassar Torreggiani bil-kitarri, David Ciantar bil-keys, Robert Galea fuq il-bass, u Raphael Tonna bid-drums.

Il-kunċert se jsir it-Tlieta, 18 ta’ Luilju, f’Ta’ Liesse, il-Belt, u l-biljetti qegħdin €15-il ewro bilwieqfa u €25 għall-Golden Circle Standing.

Tista’ tixtri l-biljetti minn hawnhekk.

Ritratt: Michael Camilleri